Biex ma tintilifix l-identita partikolari ta' Ghawdex, nipproponi li ghandu jinghata incentiv lil dik il-persuna (koppja / familja) li tiddeciedi li tixtri minghand l-istess familjari tieghu (ghal skopijiet ta' residenza) id-dar li tkun intirtet bejn hafna membri tal-familja. Dan sabiex jigi evitat li din l-istess dar jew tibqa' vojta jew tinbiegh ghal skopijiet kummercjali bil-konsegwenza li l-qalba tal-irhula taghna qed jitbattlu minn nies li jistghu jaghtu identita li l-irhula taghna.
Biex aktar Ghawdxin jibqghu jghixu f' Ghawdex u l-qalba tal-irhula niex ma jibghux jizvojtaw u d-djar jinbieghu lil spekolaturi. Huma n-nies tal-lokal li jaghtu identita lill irhula taghna. Hija l-identita partikolari taghna li taghti l-hajja lill-irhula taghna. Hija l-identità li tigbed lejn Ghawdex turizmu ta' kwalita. Inutli li jkollok l-isbah faccati tad-djar jekk id-djar huma vojta. Din l-idea tista' tghin biex aktar zgahzagh jiddeciedu li jibqghu jghixu fil-komunita.
L-idea hija tajba hafna- imma sfortunatament jider li Ghawcin jkunu jridu jsibu xoghol adekwat ghalihom fostom l-karriera- jghidu (li hu fatt_) jmorru Malta biex jkomplu javanzaw fil karriera-Nemmen li ghad jasal dak iz-zmien.
Naqbel mija fil-mija, pero` kif qal Salvino Zammit, il-problema hija l-karriera. Izda dan ma jfissrix li rridu nibqghu mmorru Malta biex navanzaw fil-karriera. Qeghdin fis-sena 2017 mhux 1980! Messu ILU li gew miftuhin 4 kumpaniji, specjalment fis-settur ta' l-IT li kieku joffru post tax-xoghol ghal mijiet li jiggradwaw f'din il-linja. Il-problema kulhadd jaf x'inhi, kull min qed jipprova jiftah kumpanija Ghawdex, qed jaghmlulu l-bsaten fir-roti ghal xi raguni jew ohra, u din trid tinbidel illum
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation