Persuni b'mard kroniku bhal ME/CFS, Fibromyalgia u MS li ma baqghux jifilhu johorgu ghax-xoghol ghandhom jinghataw l-opportunita' li jaghmlu xoghol mid-dar skond kemm tippermettilhom sahhithom, ghandhom ikollhom il-possibilita' ta' sapport ta' social worker li jigi jzurhom fi djarhom biex ma jhossuhomx abbandunati mis-socjeta' u ghandu jkollhom sussidju fuq terapiji bhal Gupta jew DNRS
Jien issuggerejt xi haga simili wkoll.
Anke jien issuggerejt xi haga simili; ma semmejtx Gupta jew DNRS ghax ma nafx bizzejjed fuqhom. Pero zidt ukoll ghajnuna fis-sistema tal-Edukazzjoni u sapport lil familji bi tfal li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet, ghaliex anke t-tfal li jbatu b'dawn il-kundizzjonijiet u l-genituri taghhom ghandhom bzonn hafna sapport. Grazzi.
Prosit Sandra u Suzanne. J'Alla jitla' min jitla' jaghti aktar kas ta' nies b'dawn it-tip ta' mard. Suzanne, jien ghaddejja bid-DNRS u mxejt 'il quddiem imma trid il-flus li ahna ma tantx ikollna. Naqbel mas-suggeriment tieghek dwar is-sistema edukattiva. Anki l-Universita' forsi kieku taghmel xi sistema li tkun tista' tattendi ghal-lectures online inkun l-ewwel wahda li nattendi!
L-idea tieghek sabiex tinghata assistenza lil min isofri bil fibromyalgia giet inkluza fil-proposti tal-Forza Nazzjonali! Segwi l-link ghall-aktar informazzjoni https://forzanazzjonali.yrpri.org/post/13503 Grazzi tal-kontribut tieghek!
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation